Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani

Dwarna

Il-Kummissarju bena rabtiet ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, li jistgħu jkunu involuti direttament jew indirettament fi kwistjonijiet li jikkonċernaw anzjani f’Malta. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani jemmen bis-sħiħ li sabiex ikun aktar effettiv f’qasam bħal dan, wieħed irid jaħdem bħala tim. Il-prijorità tal-Kummissjoni hija li l-persuni anzjani ghandhom jibqgħu siguri, b’saħħithom u indipendenti u jgħixu ħajja ta’valur, sens u skop. L-għan tal-Kummissjoni hi li tikseb aktar rispett għad-drittijiet u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-oqsma kollha tal-ħajja billi jiġu indirizzati l-preġudizzji, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni.

Il-Kummissarju

Dr Mary Vella

Biografija

Il-Kummissarju għall-Persuni Anzjani hija Dr Mary Vella li ġiet maħtura b’approvazzjoni unanima. Il-Kummissarju tistinka biex jippromwovi u tħares l-aħjar interessi tal-persuni anzjani kollha f’Malta u Għawdex.

Dr Mary Vella gradwat bħala Duttur tal-Mediċina u l-Kirurġija mill-Università ta’ Malta fl-1979 u kompliet fil-professjoni tagħha taħdem bħala tabiba tal-mediċina, fost oħrajn fl-Isptar San Luqa, fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u fid-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja. Irreġistratbħala Speċjalista fil-Mediċina tal-Familja, hija Certified GP Trainer u serviet bħala Tutor Kliniku fid-Dipartiment tal-Mediċina tal-Familja fl-Università ta’ Malta. Wara erbgħin sena taħdem fil-qasam mediku, l-aktar bħala tabib tal-family u Senior GP fiċ-Ċentri tas-Saħħa fejn kisbet ammont kbir ta’ esperjenza permezz tax-xogħol tagħha, hija bdiet isservi fil-kariga ta’ Kummissarju għall-Persuni Anzjani. Hija miżżewġa lil Anthony Vella u għandha żewġt itfal Daniel u Matthew.