Segretarju Permanenti

Mr Matthew Vella

Biografija

Is-Sur Matthew Vella twieled fl-1989. Studja fl-Università ta’ Malta fejn ingħata Baċellerat fil-Ħidma Soċjali, segwit minn kwalifika ta’ Masters fl-Istudji tal-Familja. L-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jinkludu l-ippjanar u l-verifika soċjali, l-iżvilupp u s-servizzi komunitarji, ir-regolazzjoni u l-iżvilupp tal-politika.

Mill-2018, is-Sur Vella qeda l-funzjoni ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, u qabel dan, mill-2015, kien Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar. Il-karriera tiegħu fi ħdan is-Servizz Pubbliku bdiet bħala ħaddiem soċjali fis-Servizzi tat-Tfal.

Il-kontribuzzjonijiet reċenti tiegħu fi ħdan is-Servizz Pubbliku huma t-twaqqif ta’ Standards Regolatorji Soċjali għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u l-Viżjoni Strateġika 2020-2027: Nistinkaw għall-Eċċellenza​: Immexxu l-Innovazzjoni Soċjali permezz tar-Regolazzjoni.

Is-Sur Vella ġie maħtur Segretarju Permanenti responsabbli kemm mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.